​“Naħdmu fl-interess tal-familji u t-tfal” – Il-President ta’ Malta

Il-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca appellat biex dejjem u b’kull mod, tkompli l-ħidma flimkien biex jiġu mħarsa l-aħjar interessi tal-familji u tat-tfal.
L-istudju janalizza l-użu problematiku tal-internet fost dawk bejn it-13 u 16-il sena u sar miċ-Ċentru Nazzjonali għall-Ħelsien mill-Vizzjifi ħdan il-Fondazzjoni tal-President għall-Ġid tas-Soċjetà.
Filwaqt li jiffoka fuq kif it-tfal ta’ din l-età jużaw l-internet għad-divertiment, l-istudju huwa l-ewwel pass biex jibda dibattitu kostruttiv ma’ setturi differenti dwar l-isfidi tal-użu tal-internet.