Nafu verament x’qawwa għandu l-Ispirtu s-Santu?

Fl-edizzjoni tal-lum ta’ Il-Kelma li jixxandar fil-11.30am fuq l-istazzjon One, Antonella Galea loffreda se titkellem ma’ Dorianne Buttigieg u ma’ Ian Diacono dwar il-Pentecoste. Meta l-Ispirtu s-Santu niżel fuq l-Appostli u tahom l-għerf u l-kuraġġ li kellhom bżonn biex ixandru lil Ġesù, it-tagħlim tiegħu, il-mirakli tiegħu u l-wegħda tal-ħajja ta’ dejjem… nitolbuh lill-Ispirtu s-Santu? Nafu verament x’qawwa għandu biex inebbaħna kif irridu ngħixu?

Rev. Dr Fr Martin Micallef O.F.M. Cap. se jispjega dan l-Evanġelju mil-lat bibliku waqt li Fr Louis Mallia MSSP, bħal kull ġimgħa, jagħti tagħrif tal-qaddisin tal-ġimgħa.

Il-produzzjoni eżekuttiva hi ta’ CPi Media, b’direzzjoni ta’ Paul Jones.