Nadine Axisa lesta għall-Jazz Festival t’għada

Il-kantanta Nadine Axisa se tkun qed tieħu sehem fil-Malta Jazz Festival ta din is-sena bħala parti mis-sezzjoni tat-talent lokali. Axisa se tkun akkumpanjata minn Dominic Galea, Oliver Degabriele, u Joe Micallef filwaqt li għall-okkazjoni se tilqa’ żewġ mużiċisti stabilliti internazzjonalment – Rino Cirinnà u Stjepko Gut.
Ir-repertorju ta Nadine għal dan il-festival se jinkludi siltiet miktuba minn kompożituri lokali. Dawn jinkludu fost l-oħrajn kanzunetti mid-debut album taghha Velvet.
Ma’ Newsbook.com.mt Nadine stqarret li tinsab ħerqana bil-kollaborazzjoni ma’ Rino u Stjepko għaliex ċerta li maghhom se jġibu esperjenza muzikali impekkabli.
L-ewwel serata tal-Jazz Festival se ssir fil-qalba tal-Belt Valletta. Il-wirja ta Nadine se tkun fl-20 ta Lulju, fil-Pjazza Teatru Rjal fid-9pm. Id-dħul huwa b'xejn.
Il-jazz festival imbagħad ikompli f'ta Liesse fil-21 u 22 ta Lulju.