“Naddaft il-Facebook tiegħi” – Il-PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li naddaf il-profil tiegħu tal-Facebook, fi kliemu minn gruppi li ddaħħal fihom mingħajr kunsens. Żied jgħid li sab li kien membru tal-grupp ‘No to Embryo Freezing in Malta’.

Waqt li kien qed iwieġeb għall-mistoqsija parlamentari tad-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil, Muscat qal li hu  ma għandux is-setgħa li jikkontrolla x’jingħad f’fora pubbliċi.

Saħaq li hu u l-familja tiegħu kienu u għadhom vittmi ta’ hate speech, fi gruppi fuq Facebook, li fi kliemu huma kkontrollati minn persuni qrib Simon Busuttil.