Nadal jirrispondi lil Kyrgios bil-logħba tat-tennis

Rafael Nadal ħalla l-logħba tat-tennis titkellem kontra l-battibekki kontinwi tal-avversarju tiegħu Nick Kyrgios. L-Awstraljan Kyrgios għamel bosta mill-ħin tal-logħba jiddubita l-mod ta’ kif kien qed jilgħab Nadal, iżda min-naħa tiegħu Nadal, waqt din il-kommossjoni mar fuq quddiem u spiċċa rebaħ il-logħba bl-iskor ta’ 6-3 3-6 7-6 (7-5) 7-6 (7-3).

L-argumenti kontinwi tiegħu spiċċaw biex qallgħuh twissija uffiċjali mill-arbitru. L-Ispanjol mistenni jilgħab kontra l-Franċiż Jo-Wilfried Tsonga fir-rawnd li jmiss.