Naċċettaw dan il-vot b’umiltà kbira u se nkomplu naħdmu”

Fi tweet il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li jaċċettaw b’umiltà kbira dan il-vot u se jkomplu jaħdmu.
Wara dibatittu ta' 13-il siegħa fuq mozzjoni ta’ sfiduċja fil-Gvernm imressqa mill-Oppożizzjoni fid-dawl tal-iskandlu tal-Panama Papers u r-reazzjoni tal-Gvern dwar dan, il-Gvern rebaħ vot ta' fiduċja bi 38 vot favur u 31 vot kontra. 
Fi stqarrija l-Gvern qal li huwa kommess li jiġġieled il-korruzzjoni u qal li se jkun qed jippubblika l-kuntratti pubbliċi.
Tenna li se jkompli jaħdem fuq ir-records li kiseb fil-qasam ekonomiku.
Tenna li ħaddiema li matul dawn it-tliet snin il-qgħad naqas.
Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern se jkompli jaħdem bil-premaramenti għall-Presidenza tal-Unjoni Ewropea.
F'kumment barra l-Parlament wara l-votazzjoni,il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dak li ġara llum mhux skuża għal nuqqas ta' azzjoni, iżda d-deċiżjoni finali trid tkun waħda infurmata u għalhekk jeħodha meta jkollu l-informazzjoni kollha f'idejh.
Tenna bil-mozzjoni tiegħu, Simon Busuttil  ta lill-Gvern vetrina eċċezzjonali biex jitkellem dwar it-tajjeb li sar fl-aħħar tliet snin u x-xogħol li se jkompli jsir fis-sentejn li ġejjin.