Is-supermarket online myfood.mt jagħti €3,000 f’vawċers lil The Malta Trust Foundation

myfood.mt online supermarket ġdid

Read in English.

Is-supermarket ġdid online, myfood.mt ta donazzjoni ta’ €3,000 f’vawċers tax-xiri lil The Malta Trust Foundation.

Dan seħħ b’reazzjoni għal appell li sar minn Malta Together bħala parti mill-Festival ta’ Gratitudni u Ispirazzjoni, li sar nhar il-Ħadd 3 ta’ Mejju biex jirringrazzja lill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa u bosta ħaddiema u voluntiera li huma involuti fil-ġlieda kontra l-problemi mediċi u soċjali kkaġunati mill-Covid-19.

Hekk kif il-pandemija tal-Covid-19 tippersisti, aktar familji u individwi qed isibu ruħhom bi problemi finanzjarji, u wħud saħansitra jsibuha diffiċli biex jipprovdu ikel għall-familji tagħhom.

Il-vawċers tax-xiri, li jistgħu jintużaw fuq myfood.mt, jippermettu lill-familji fil-bżonn li jixtru bosta prodotti onlajn permezz tal-websajt, u jieħdu vantaġġ minn kunsinni bla kuntatt. B’kollaborazzjoni ma’ eCabs Delivers, myfood.mt twassal ix-xirja tan-nies sa’ l-għada.

Fuq myfood.mt wieħed jista’ jsib għażla vasta tal-aktar prodotti favoriti tal-familji Maltin, u kull xirja tista’ ssir kemm minn fuq mowbajl kif ukoll minn kompjuter.

Il-vawċers ingħataw lil Malta Trust Foundation, li waqqfet il-Food Aid Project wara li rċeviet numru kbir ta’ talbiet minn familji żvantaġġjati li ġew milquta mill-kriżi ekonomika tal-coronavirus. Il-Malta Trust Foundation ġiet stabbilita mill-H.E. Marie-Louise Coleiro Preca fl-2015, u tieħu azzjoni konkreta biex tappoġġja liż-żgħażagħ żvantaġġati.

Malta Together hija websajt fejn individwi jistgħu jsibu kull tip ta’ għajnuna matul dan iż-żmien – inkluż informazzjoni dwar il-helplines, pariri, u servizzi onlajn.

Għal aktar informazzjoni, żur myfood.mt