Myanmar: Il-militar lest jaħdem ma’ gvern ġdid

Fi Myanmar jidher li d-demokrazija se tirrenja hekk kif il-mexxej militari spjega li se jaħdem mal-gvern ġdid fil-pajjiż.
Fl-1990, meta Aung San Suu Kyi kienet rebħet l-elezzjoni, mhux talli ma tħallietx tmexxi talli spiċċat arrestata f’darha għal snin twal, bil-militar imexxi l-pajjiż.
Sal-lum għadu jokkupa kwart tal-Parlament imma l-partit ta’ Suu Kyi rnexxielu jirbaħ rebħa bla preċedent, bi 80% tas-siġġijiet disponibbli.
Din l-aħħar elezzjoni kienet l-ewwel waħda demokratika fil-pajjiż f’25 sena.