MV Aquarius jitlob biex jidħol f’xi port fl-Ewropa

Għaqdiet mhux governattivi favur id-drittijiet tal-bniedem talbu lill-Gvernijiet Ewropej biex jgħidu lil vapur MV Aquarius fejn jista’ jidħol u jħalli aktar minn 140 migrant salvati fil-Mediterran jiżbarkaw f’post sikur.

MV Aquarius, immexxi minn grupp Franko-Ġermaniż SOS Mediterranee u mit-Tobba mingħajr Fruntieri (MSF), salvaw 141 persuna f’żewġ operazzjonijiet separati barra l-kosta Libjana.

Peress li dak is-salvataġġ kien għadu għaddej, SOS Mediterranee u MSF talbu gwida dwar fejn għandhom jieħdu dawk li kienu salvati.