Mużika, xemgħat, arti u ikel…ingredjenti għall-ispirtu tal-Milied

Schola Cantorum Jubilate nediet il-kunċert Carols by Candlelight li ħa jsir il-Ġimgħa 11 u s-Sibt 12 ta’ Diċembru fis-7:30pm, fil-kunvent tal-Agostinjani, ir-Rabat Għawdex.
Il-kunċert jikonsisti f’għażla ta’ kanzunetti popolari u kontemporanji taħt id-direzzjoni ta’ Marouska Attard.
Apparti l-mużika, l-atmosfera tax-xemgħat, bla dubju jdaħħlu lil dak li jkun fl-ispirtu tal-Milied. 
Intant fil-foyer se jkun hemm esebizzjoni tal-artist Manuel Farrugia u se tkun organizzata ikla minn Ta’ Frenċ Restaurant.
Il-biljetti jistgħu jinxtraw mill-14 ta’ Novembru mingħand D’Amato Records, il-Belt Valletta u Bargate Bookshop, ir-Rabat Għawdex.
Kull min jixtri l-biljetti huwa mitlub li jċempel fuq 79450950 biex jibbukkja l-mejda tal-ikel ukoll.
Għal aktar tagħrif tistgħu tidħlu fis-sit scjchoir.com jew mill-paġna ta’ Facebook.