Mużika u riflessjonijiet minsuġa f’serata tal-Ġimgħa l-Kbira fin-Naxxar

Nhar it-Tlieta 11 ta’April, il-kor Jubilate Deo, se jtella’ s-serata annwali ta’ Mużika u Riflessjonijiet għall-Ġimgħa Mqaddsa fil-Knisja Arċipretali tan-Naxxar.
Il-kor se jkun taħt id-direzzjoni ta’ Christopher Muscat, akkumpanjat mill-organista Ronald Camilleri.
Fost ix-xogħlijiet li se jkunu esegwiti, se jkun hemm mużika ta’ Taverner, Durufle’, Liszt u Muscat kif ukoll żewġ kompożizzjonijiet ġodda ta' Josef Bugeja.
Dun Kevin Schembri ser jislet xi ħsibijiet mis-siltiet li ser jiġu esegwiti sabiex jgħin lil dawk preżenti jidħlu aktar fl-ispirtu tal-Ġimgħa Mqaddsa.
Id-dħul għal din is-serata huwa b’xejn u tibda fis-7:30pm.