Mużika u letteratura jidwu l-Pjazza tal-Imqabba

Siltiet mużikali u qari letterarju se jidwi fil-Pjazza tal-Imqabba nhar il-Ħadd li ġej.
Il-kunċert annwali tal-Għid hu organizzat mill-Kummissjoni Banda fi ħdan is-Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, bis-sehem tal-bandisti u aljievi fi ħdan l-iskola tal-mużika tas-Soċjetà.
Il-kunċert se jsir fis-Sala tal-Każin tas-Soċjeta fis-7pm.
Il-banda se tkun taħt id-direzzjoni ta’ Mro Andrew Calleja u s-Surmast tal-aljievi Mro Edwin Pace.
Dħul huwa mingħajr ħlas.