Mużika għal kawża ġusta fiż-Żurrieq

Is-Sezzjoni Żgħażagħ Karmelitani taż-Żurrieq se torganizza l-kunċert Music Sensations, fejn se jinġabru donazzjonijiet b’risq Puttinu Cares.

Dan il-kunċert se jittella’ għat-tieni sena konsekuttiva tiegħu, is-Sibt 7 ta’ Lulju mit-8.30pm ʼl quddiem fi Triq San Ġorġ in-Nigret, fiż-Żurrieq.

Pierre Cordina u Daniel Testa se jippreżentaw din l-attività, bis-sehem mużikali ta’ Tiziana Calleja, Fabrizio Faniello, Lyndsay Pace, Raquel, Miriana Conte u Romina Mamo.

Id-dħul għal dan il-kunċert huwa b’xejn, imma d-donazzjonijiet huma apprezzati. Għal aktar informazzjoni dwar din l-attività tistgħu żżuru l-paġna ta’ Facebook tal-Għaqda Karmelitana Banda Queen Victoria jew is-sit www.talkarmnuzurrieq.org.