Mużika Barokka għat-teatru fil-Palazz Verdala

Il-Palazz Verdala se jilqa’ lill-Valletta International Baroque Ensemble (VIBE) li se tippreżenta programm ta’ mużika barokka miktuba għat-teatru.
Il-kunċert se jsir il-Ġimgħa 22 t’April fit-8pm.
Il-programm jinkludi Suite from Abdelezar ta’ Henry Purcell, Oft she visits this lov’d mountain mill-opra Dido and Aeneas, Sweeter than Roses minn Pausanias, If love's a sweet passion minn The Fairy Queen, Fantasy upon a Ground għal 3 vjolini u continuo, u xogħol ieħor.
L-artisti li se jieħdu sehem jinkludu uħud mill-aħjar mużiċisti tal-ġeneru Barokk fosthom Catherine Martin u Nadia Debono bil-vjolin, Sarah Spiteri fuq vjola/vjolin, Jacob Portelli biċ-ċello, Eligio Quintero (theorbo), Joanne Camilleri (continuo) flimkien mas-sopran Gillian Zammit.
Il-Valletta International Baroque Ensemble (VIBE) tippreżenta mużika Rinaxximentali u Barokka fuq strumenti oriġinali bl-għan li tgħaddi tagħrif storiku.  
Il-biljetti huma ta’ €10 u jinkisbu mis-sit elettroniku tat-Teatru Manoel.
Ritratt: Darrin Zammit Lupi / Teatru Manoel