Muxu jagħlaq 30!

Ritratt: Facebook MatthewMuxuMercieca

Awguri lill-kantawtur Matthew Mercieca magħrufa bħala Muxu li llum qed jiċċelebra għeluq it-30 sena tiegħu. Il-kantantawtur, li huwa mill-Imsida, twieled bħal-lum id-19 ta’ Lulju tal-1980.

Beda l-karriera tiegħu bħala awtur meta kien jikkollabora mal-producer Jay Omaro u fl-2008 kien ħareġ l-ewwel single tiegħu Beat My Drum, li telgħet fil-quċċata tal-klassifiċi f’pajjiżna. L-istess kanzunetta wasslitu biex ikun nominat bħala Best Newcomer waqt il-Bay Music Awards tal-istess sena.

Matul is-snin Muxu kkollabora ma’ bosta artisti Maltin u bla dubju jibqa’ assoċjat mat-tieni rebħa ta’ Malta fil-Junior Eurovision Song Contest wara li l-kanzunetta tiegħu, Not My Soul, interpretata minn Destiny Chukunyere, tat lil pajjiżna t-tieni r-rebħa fi tlett snin.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Muxu f’għeluq sninu.