Aġġornata: Raġel fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-mutur

Arkivji

Read in English.

Ungeriż ta’ 43 sena jinsab fil-periklu tal-mewt wara tilef il-kontroll tal-mutur fi Triq il-Kosta. L-inċident seħħ il-Ħadd filgħodu għall-ħabta tal-11.15am.

Kelliem għall-Pulizija qal li r-raġel huwa mill-Ungerija u residenti Wied il-Għajn. Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li jinsab fil-periklu tal-mewt.

Dwar dan l-inċident infetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Audrey Demicoli.