Aġġornata (2): Żagħżugħa l-isptar wara li skiddjat bil-mutur f’Marsaskala

Karozza tinqaleb ajruport Arma ambulanza
Arkivji

Żagħżugħa ttieħdet l-isptar wara li skiddjat bil-mutur f’Marsaskala.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li dan ġara fis-2pm fi Triq Wied iz-Ziju, meta żagħżugħa ta’ 24 sena mill-Iklin tilfet il-kontroll tal-mutur li kienet qed issuq. Fuq il-post issejħu pulizija u ambulanza, li ħadet liż-żagħżugħa l-Isptar Mater Dei.

Din iż-żagħżugħ skiddjat għax kien hemm iż-żejt fit-triq, minkejja li dan tgħatta mir-ramel, u avżat biex in-nies joqogħdu attenti minn dan iż-żejt għax jista’ jkun ta’ periklu. Hija ma ndarbitx gravi.