Mutur jieħu n-nar fil-Marsa; ħadd ma jweġġa’

Il-Pulizija qalet li mutur inħakem min-nirien fil-Marsa fis-1.45 am.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li pulizija mid-distrett tal-Ħamrun li kienu fuq ronda ndunaw bin-nar u ppruvaw jitfugħ bil-fire extinguishers tagħhom. Madanakollu ma nrexxielhomx u kellha tissejjaħ l-għajnuna tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. L-inċident seħħ fil-kantuniera bejn Triq il-Marsa u Triq is-Sebħ.

Ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident. Dwar il-każ infetħet inkjesta.