Mutur baqa’ dieħel f’siġra fi Triq l-Indipendenza fil-Floriana. L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8am fit-Telgħa ta’ Braxia.
Kelliem għall-Pulizija kkonferma li s-sewwieq għandu 61 sena u huwa residenti Raħal Ġdid.
Ambulanza ħadet lis-sewwieq l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.