Mutur involut f’ħabta fil-Fgura

CMRU

Mutur kien involut f’ħabta ma’ vettura fil-Fgura.

Kelliem għall-Pulizija informa lil Newsbook.com.mt li l-inċident ġara fis-6pm fi Triq Ħaż-Żabbar.

Issejħet ambulanza fuq il-post, li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-isptar, iżda l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.

Infetħet inkjesta dwar il-każ.