Mutu jirrifjuta lil Astra Giurgiu

L-eksplejer Rumen ta’ Juventus u Fiorentina Adrian Mutu ma rnexxielux jilħaq ftehim mal-klabb minn pajjiżu Astra Giurgiu sabiex ikun il-kowċ tagħhom. Wara li aktar kmieni waranofsinhar kien hemm ix-xniegħa li ż-żewġ partijiet setgħu ftiehmu, Mutu ċaħad dan kollu u qal illi ma kien hemm ebda firma jew konferma ta’ xi ħaġa.
Meta mistoqsi mis-sit firenzeviola.it, Mutu qal illi bħalissa jippreferi jistenna sakemm tinqala’ xi opportunita’ aħjar hekk kif fadal biss xahrejn sabiex jispiċċa l-istaġun.
Mutu illum il-ġurnata għandu 39 sena u għad irid jikkowċja l-ewwel tim fil-karriera tiegħu.