MUT turi solidarjetà mal-għalliema akkużati intortament b’abbuż sesswali

L-Unjin tal-Għalliema (MUT) turi s-solidarjetà mal-għalliem li ġie illiberat minn kull akkuża serjta ta’ abbuż sesswali fuq studenta ta’ għaxar snin.

L-MUT stqarret li hemm diversi każijiet simili fi skejjel oħra tant li l-Unjin ħarġet direttiva sabiex ħadd mill-membri tagħha ma’ joqgħod waħdu ma’ student wieħed fl-ebda ċirkostanza minħabba riskju ta’ allegazzjonijiet fiergħa.

L-MUT qalet li taf b’diversi każijiet, inkluż anki pendenti l-qorti, li jinvolvu persuni li ġew sospiżi mix-xogħol fuq akkużi infondati.

Filwaqt li tikkundanna bla riservi lil min jinsab ħati, l-MUT tagħmel appell lill-awtoritajiet biex l-ewwel nett iqisu lill-akkużat bħala innoċenti sakemm dan jinstab ħati u t-tieni li l-proċeduri ma jkunux ta’ inġustizzja doppja billi jieħdu fit-tul iżżejjed.