L-ebda ftehim bejn l-MUT u l-Gvern; l-istrajk ikompli għada

Aġġornat 07:58 AM
Classroom-school-scaled
Miguela Xuereb

Read in English.

L-istrajk tal-għalliema fl-iskejjel tal-Gvern se jkompli għada wara li ma ntlaħaq l-ebda ftehim bejn l-Unjin Maltija tal-Għalliema (MUT) u l-Gvern, li llejla ltaqgħu fil-Berġa ta’ Kastilja. Ilbieraħ l-MUT ipproponiet li l-lezzjonijiet ta’ din il-ġimgħa jsiru online, iżda l-Prim Ministru Robert Abela ma ċediex.

Il-laqgħa tal-lum issejħet mill-Prim Ministru Robert Abela u mill-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana, u għaliha kien hemm preżenti wkoll is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Prof. Charmaine Gauci.

Fuq Facebook, l-MUT qalet li t-taħditiet mal-Gvern mistennija jkomplu għada.

L-istrajk sar minħabba tħassib dwar l-imxija tal-Covid-19, bil-każi f’Malta telgħin wara l-perjodu tal-Milied, u kemm l-MUT kif ukoll il-Union of Professional Educators – li appoġġjat l-istrajk – irrappurtaw li kien suċċess.