Musicals u mużika klassika popolari f’kunċert b’risq Fondazzjoni Richmond

Mużika klassika popolari flimkien ma’ dik minn diversi musicals popolari se żżewwaq kunċert li qed torganizza l-Maleth Sinfonia Keyboard Orchestra b’risq il-Fondazzjoni Richmond.
Il-kunċert jinkludi mużika popolari fost l-oħrajn minn The Phantom of the Opera, Mamma Mia, Annie, Love Never Dies, Cats, Les Miserables, Grease u ħafna iktar, u jinkludi diversi talenti Maltin fosthom ta’ Ian J Vella, William Mangion u Alison Ellul flimkien mal-kor Santa Monika, il-kor Alison Ellul, il-YADA Dance Company, il-Paul Curmi Dance Company u d-Dance Project Company, akkumpanjati mill-orkestra taħt id-direzzjoni tal-Mro. Mark Agius.
L-artisti kollha qed jieħdu sehem b’mod volontarju, l-istess bħall-preżentatriċi Elaine Saliba.
Il-kunċert, A Night on Broadway, se jsir fis-7 ta’ Mejju f’Dar il-Mediterran fis-7.30pm. Iktar informazzjoni tinkiseb mis-sit elettroniku tal-orkestra