Muscat u Delia jaqblu li Malta għandha żżomm il-pożizzjoni tagħha dwar l-immigrazzjoni

Read in English.

Fid-diskorsi rispettivi tagħhom fuq il-medija tal-partiti, il-mexxejjal politiċi, rreferew għall-kwistjoni tal-immigrazzjoni. Il-Prim Ministru u mexxej Laburista Joseph Muscat irrefera għal dak li l-Ministru tal-Intern Taljan Matteo Salvini kien irrpparutat li qal dwar ir-responsabbiltajiet ta’ Malta fil-qasam tal-immigrazzjoni. Huwa qal li l-aħjar soluzzjoni hi li wieħed ippoġġi flimkien u jiddiskuti.

Il-Prim Ministru mill-Ħadd se jkun qed jattendi laqgħa informali li se ssir fi Brussell dwar l-immigrazzjoni. Huwa saħaq li waqt din il-laqgħa mhux se jkollu għalfejn ‘jiċaqlaq pulzier’ mill-pożizzjoni li ħa dawn l-aħħar ħames snin filwaqt li assigura li l-pożizzjonijiet ta’ Malta se joħroġu minn bilanċ bejn id-dinjità umana u l-interess nazzjonali filwaqt li saħaq li mhux ‘se jilgħab mal-ħajja ta’ nies’ iżda lanqas ‘mhu se jħalli lill-ħadd jilgħab bina bħala pajjiż.’
Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li sakemm Malta tibqa’ tosserva l-liġi internazzjonali, il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jappoġġa lill-Gvern Malti.
Huwa qal li l-Partit Nazjzonalista mhu se jippermetti qatt li pajjiżi oħra jagħmlu pressjoni fuq Malta biex iċċedi d-drittijiet tagħha li kisbet matul is-snin.