Malta qed turi wiċċ ta’ kompassjoni u sod waqt li toffri soluzzjoni – Muscat

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iddefenda l-pożizzjoni tal-Gvern Malti dwar il-mod kif Malta mxiet fil-kwistjoni ta l-immigranti li nżammu fuq l-Open Arms u Ocean Vikings għal diversi ġranet.

Meta kien qed jitkellem fuq l-istazzjon tal-Partit Laburista One Radio, Muscat qal li Malta dejjem kienet konsistenti ma’ żewġ prinċipji bażiċi jiġifieri rispett lejn l-ħajja umana u l-protezzjoni tal-interess nazzjonali. Huwa qal li Malta ma tistax tibni ħajt fil-baħar u allura trid tiżgura li l-liġijiet internazzjonali jkunu rispettati.

Schembri jiċċara t-tifħir tiegħu dwar Salvini; mhux kulħadd fil-PN jaqbel

Huwa qal li tispikka d-differenza bejn Malta u l-Italja dwar il-mod kif iż-żewġ pajjiżi laqħu l-iżbark tal-immigranti. Muscat qal li fl-Italja kien hemm drama kbira, l-Qorti taqtgħha li l-immigranti tal-Open Arms irridu jiddaħħlu Lampendusa, bil-membri tal-NGOs jintefgħu l- baħar u l-Gvern Taljan jaqa’ parti mir-raġuni jkun dan il-każ.

Hu qal li f’Malta, l-Kummissjoni Ewropea, l-Gvern Franċiż u dak Germaniż qed jirrikonoxxu l-isforzi tal-Gvern, daħlu biex ikunu parti mis-soluzzjoni. Hu ħabbar li Franza se tkun qed tieħu l-akbar ammont ta’ immigranti – 150, wara li l-ġimgħa li għaddiet, il-Gvern Franċiż bagħat arjuplan privat biex jieħu l-immigranti li kien wiegħed li se jieħu f’salvataġġ simili preċendenti waqt li l-Ġermanja se tagħmel l-istess din il-ġimgħa.