Muscat ma jħallix lil-Libjani jaħarbu mill-vjolenza – Sea-Watch

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qed jagħlaq l-aħħar rotta li l-Libjani u r-refuġjati jistgħu jużaw biex jaħarbu mill-vjolenza skont l-għaqda Sea-Watch.

Fi stqarrija, l-għaqda li ssalva lill-immigranti qalet li filwaqt li d-diplomatiċi fil-Libja qed jiġu evaktawi minn fuq il-baħar, ir-refuġjati li qed jaħarbu l-gwerra u l-vjolenza ġew abbandunati.

Is-Sea-Watch qalet li Muscat jitkellem dwar kif wieħed m’għandux jagħlaq għajnejh għal dak li qed jiġri filwaqt li jżomm l-ajruplan tal-għaqda, Moonbird, f’Malta. Il-membru tal-Bord ta’ Sea-Watch Johannes Bayer qal li dawk li jitkellmu dwar id-drittijiet umani għandhom jaġixxu wkoll.

Bayer qal li Muscat għandu jrażżan it-tweets ta’ ipokrezija tiegħu ġaladarba mhux lest li jaġixxi.