Muscat jiltaqa’ mal-4 MEPs Laburisti

Waqt il-laqgħa mal-erba’ Membri Ewroparlamentari Laburisti, il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li hemm taħlita tajba ħafna bejn nies li għandhom l-esperjenza u dawk b’enerġija ġdida. Huwa nnota li hemm differenza fl-età tal-MEPs kif ukoll li hemm ugwaljanza assoluta. Waqt din il-laqgħa Muscat esprima s-sodisfazzjon tiegħu dwar il-mod kif inhi magħmula d-delegazzjoni tal-Partit Laburista għall-Parlament Ewropew.

Għal din il-laqgħa fl-uffiċċju tal-Prim Ministru kien hemm preżenti Miriam Dalli, Alfred Sant, Alex Agius Saliba u Josianne Cutajar. Matul l-aħħar ħames il-Partit Laburista kellu tliet Membri Parlamentari f’ismu, il-Kap tad-delegazzjoni Maltija kien Alfred Sant.

Muscat spjega li dalwaqt se jkun qed l-persuni bħala Kummissarju Ewropew. Żied li dawn se jagħmlu bl-aħjar interess għal Malta. Huwa qal li r-rappreżentanti tal-Partit Laburista se jkunu qed iwasslu l-messaġġ tagħhom dwar dawk magħżula. Spjega li hemm il-ħsieb li kull Prim Ministru jinnomina żewġ persuni u jkun il-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea li jagħżel. Joseph Muscat qal li dwar dan għad irid ikun hemm diskussjoni u meta l-proċedura tkun stabbilità se jkun qed jinnomina persuna jew persuni li jkollhom dak kollu meħtieġ biex isiru Kummissarji Ewropej.

Muscat għamel referenza għall-appell li għamel il-Ħadd dwar li l-MEPs Maltin jaħdmu flimkien u żied li l-MEPs għandhom ikunu oġġettivi.