Aġġornata: Muscat jiltaqa’ ma’ Trump

The White House

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat iltaqa’ mal-President tal-Istati Uniti Donald Trump.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tad-Dipartiment tal-Informazzjoni qal li huma ltaqgħu fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fi New York. Muscat u Trump kienu akkumpanjati min-nisa tagħhom.

Fi stqarrija, l-Uffiċċju tal-PM qal li Muscat attenda wkoll attività tal-Union League Club ma’ diversi investituri minn New York. Muscat spjega l-viżjoni ekonomika ta’ Malta u l-opportunitajiet li toffri.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-ambizzjoni tal-Gvern hija ċara li jiġġieled in-normi soċjali li jgħinu biex tiżdied l-istigma u diskriminazzjoni. Huwa qal dan waqt li indirizza lin-Nazzjonijiet Magħquda fir-74 sessjoni fi New York. Spjega li it-tibdil fil-liġijiet mhumiex biżżejjed u wasal iż-żmien li jinbidlu n-normi soċjali.

Filmat: “Wasal iż-żmien li niġġieldu n-normi soċjali” – il-PM