Muscat jgħid mit-traġedja jrid joħroġ il-ġid

Luke Zerafa - Arkivji

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Gvern mhux se jippermetti li f’Malta jinħolqu ghettos kif ġara f’pajjiżi oħra. Huwa qal li li hemm bżonn li din it-traġedja tal-qtil ta’ immigranti f’Ħal Far tinbidel f’sitwazzjoni fejn nitgħallmu jgħixu flimkien.  Huwa qal li ċ-ċavetta ta’ dan kollu hija l-integrazzjoni.

Meta kien qed jitkellem f’attvita politika f’Ħal Qormi, Muscat qal li xtaq jagħmel appell ta’ kuraġġ għax il-Maltin huwa poplu li għandu qalb kbira.

Muscat qal li wasal iż-żmien li ma nibqgħux nagħtu widen u nidħku lil min ilu jxerred il-valenu kontra l-immigranti, minkejja li hemm ħaddiehor li qed jgħaddi messaġġi fini kontra l-immigrazzjoni bħal diskorsi dwar pajjiż mifqugħ bil-barranin.

Il-Prim Ministru ħabbar li din il-ġimgħa fil-kabinett se jiddiskuti skema li twettaq ġustizzja proporzjonali mal-ex-ħaddiema tat-Telemalta fuq il-pensjoni tagħhom.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li anki jekk fl-aħħar elezzjoni ġenerali l-Partit Laburista jerġa jirrepetti l-akbar rebħa elettorali fl-istorja tiegħu bħas-sena dik tal-2017, mhux neċessarjament dan jissarraf fit-tliet siġġu għax siġġijiet jiġu determinati bl-aħħar għadd.

Dwar l-kwistjoni Egrant, il-Prim Ministru qal li l-Partit Nazzjonalista jinsab dahru mal-ħajt tant li qed jerġa’ jsemmiha minkejja li l-inkjesta sabet b’mod ċar li mhux talli ma kienx hemm provi talli hekk imsejħa provi kienu foloz. Issa Delia qed jagħmel din il-gidba tiegħu.

“Gvern li ma jimpurtahx” – PN

F’reazzjoni għad-diskors ta’ Muscat, il-Partit Nazzjonalista sosnta li l-Gvern huwa wieħed li ma jimpurtahx. Qal li Muscat għadu ma kkundannax lill-Kap tal-Komunikazzjoni tiegħu li pprova jippolitiċizza l-qtil ta’ persuna barranija innoċenti.