Muscat jgħid li Malta llum hija ħafna aħjar minn 10 snin ilu

DOI - Jason Borg

Il-Prim Ministru Joseph Muscat  qal ii kieku kellu jagħmel it-10-year challenge lil Malta, jgħid li l-pajjiż huwa kompletament differenti milli kien 10 snin ilu.

Meta kien qed jitkellem fil-attività politika fiż-Żurrieq, Muscat kien qed jirreferi għal attività li bħalissa hija trending fil-medja soċjali.

Il-Prim Ministru qal li kien hemm bidla fil-qasam tax-xogħol, fejn hu qal li l-ħaddiem m’għadux jittallab għax-xogħol iżda jagħżel ix-xogħol li jrid. Qal li l-pajjiż li illum qed jagħżel l-investiment li ġej mqabbel ma’ pajjiż bl-investiment li, skont il-kelliem, falla. Żied li f’Malta qed jiġu tliet miljun turist fis-sena meta l-istess ċifri kienu jintlaħqu f’sitt snin, għaxar snin ilu.

Muscat qal li għaxar snin ilu, il-familji kienu iħallu bozza waħda biss mixgħula f’dar sħiħa u illum l-kontijiet tad-dawl u l-ilma, ma’ għandhomx uġiegħ ta’ ras għal Maltin.

Fil-qasam ċivili, il-Prim Ministru qal li għaxar snin ilu , d-divorzju ma kienx jeżisti fejn il-Gvern kien jidħol fil-kamra tas-sodod tal-Maltin waqt illum il-pajjiż jinsab fuq quddiemnett fid-drittijiet ċivili.

Muscat qal li hemm oqsma fejn jekk tieħu r-ritratti issibhom l-istess għaxar snin wara, fost il-partit Nazzjonalista li għaxar snin ilu kien maqsum fil-Gvern bid-deputati tiegħu jivvutaw kif ifettilhom u illum maqsum mod ieħor.