Awdjo: Dr Muscat iżur il-monti taż-Żurrieq u l-ġurnalisti ma jkollhomx ċans jistaqsu

Bħal ma għamel fil-kumplament ta’ din il-ġimgħa, Dr Muscat beda l-ġurnata billi żar monti, din id-darba taż-Żurrieq.

F’diskors qasir ta’ madwar 3 minuti il-Mexxej Laburista reġa’ appella għall-għaqda nazzjonali hekk kif qal li ħaddieħor qed jagħmel kampanja negattiva.

Emfasizza li l-għada tad-9 ta’ Marzu, għandna naħdmu biex ikollna pajjiż u poplu magħqud. Hekk kif baqa’ 15-il jum għall-elezzjoni, Joseph Muscat qal li flimkien mas-sinjura tiegħu jinsab seren.

Dr Muscat tkellem ukoll dwar is-self employed, l-iktar dwar il-bejjiegħa tal-monti, u qal li dawn għandhom kuraġġ kbir għaliex qed jinvestu minn buthom. Qal li għandhom jingħataw l-ikbar appoġġ mill-Gvern, fosthom li tonqos il-burokrazija.

Bħal ma ġara lbieraħ fuq il-monti taż-Żejtun, il-ġurnalisti ma ngħatawx l-opportunità jagħmlu l-mistoqsijiet tagħhom lill-Mexxej Laburista.

Ritratti: Catherine Aquilina