Dr Joseph Muscat iżur il-Higher Secondary fin-Naxxar

Żgħażagħ studenti tal-Higher Secondary fin-Naxxar laqgħu lill-Mexxej tal-Partit Laburista Dr Joseph Muscat. Dr Muscat dar mal-iskola akkumpanjat minn studenti jgħajtu ‘Malta tagħna lkoll’ u ‘Viva Joseph’. Bosta studenti kienu pronti bil-ktieb ta’ Joseph Muscat f’idhom biex jiġi ffirmat mil-kap tal-PL.

Is-segretarju Parlamentari Clyde Puli laqa’ u dawwar il-Mexxej Laburista fejn iltaqa’ ukoll ma’ diversi għalliema u mal-Kap tal-iskola.