Muscat issa ma jistax jitressaq quddiem il-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika – l-Ispeaker

F’ruling twil, l-Ispeaker Anġlu Farrugia qal li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat ma jistax jitressaq quddiem il-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika hekk kif issa m’għadux fil-ħajja pubblika.

L-Ispeaker intalab jagħti ruling mill-Kumitat għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika wara li quddiem il-kumitat tela’ rapport tal-Kummissarju George Hyzler.

Fir-ruling tiegħu, Farrugia daħal fid-dettall u kkwota diversi każijiet simili mill-House of Commons, mill-Parlament Skoċċiż u parlamenti mill-pajjiżi tal-Commonwealth. 

Huwa qal li Joseph Muscat issa ma jistax jiġi mistoqsi mill-kumitat dwar ir-rwol tiegħu fil-kuntratt li ngħata Konrad Mizzi bħala konsulent tal-Ministeru għat-Turiżmu wara li rriżenja minn ministru.