Muscat iqatta’ lejlet il-Milied f’Bethlehem

Malta Representative Office in Ramallah, Palestine

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qatta’ lejlet il-Milied f’Bethlehem.

Dan tħabbar fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru wara li ż-żjara ta’ Muscat ġiet żvelata mill-midja.

Fi stqarrija qasira, l-OPM qal li Muscat kien akkumpanjat mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela. Intqal li kienet “żjara uffiċjali” wara “stendina uffiċjali” mill-President Palestinjan Mahmoud Abbas.

L-OPM qal li Muscat kellu laqgħat ma’ Abbas u mal-Prim Ministru tal-Palestina Mohammad Shtayyeh.

Skont rapporti fil-midja, Muscat kien akkumpanjat ukoll minn martu Michelle. Muscat kellu jiġi lura Malta llum.

Skont is-sit Net News, id-delegazzjoni fiha 14-il persuna inkluż Muscat. Qal ukoll li l-grupp tela’ Bethlehem bi private jet.

Muscat kien mistieden jattendi wkoll għall-quddiesa ta’ nofsilejl fil-Knisja tan-Natività flimkien ma’ dinjitarji minn madwar id-dinja.

F’vot li ttieħed f’Diċembru fil-Parlament Ewropew, il-maġġoranza assoluta tal-Membri Parlamentari Ewropej ivvutaw favur li l-Prim Ministru Joseph Muscat jirriżenja minnufih.