Muscat imexxi l-aħħar laqgħa tal-Kabinett

DOI - Jason Borg

Read in English.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat mexxa l-aħħar laqgħa tal-Kabinett flimkien mal-Ministri u s-Segretarji Parlamentari f’Kastilja.

Ir-ritratti ġew ippubblikati mid-Dipartiment tal-Informazzjoni. Fl-ebda minn dawn iż-żewġ ritratti ma jidhru ż-żewġ kandidati għall-elezzjoni ta’ Mexxej tal-Partit Laburista.

It-tnejn li huma kienu jattendu regolarment għal-laqgħat tal-Kabinett u t-tnejn li huma għandhom pjanijiet differenti għall-Kabinett tagħhom jekk nhar il-Ħadd jiġu eletti bħala l-Mexxej il-ġdid tal-Partit Laburista u wara bħala l-Prim Ministru ġdid ta’ Malta.

Illejla l-Partit Laburista jibda l-Konferenza Ġenerali Straordinarja li mistennija twassal għall-Kungress li fih se jkun hemm l-elezzjoni li se teleġġi Mexxej ġdid.

DOI – Jason Borg