Muscat għandu jkeċċi lil Peter Paul Zammit mill-kariga pubblika – PN

Il-Partit Nazzjonalista qed jinsisti li l-Prim Ministru Joseph Muscat għandu jkeċċi minnufih lil Peter Paul Zammit mill-kariga pubblika li għandu fl-uffiċċju taċ-CHOGM.
F’konferenza tal-aħbarijiet, il-kelliem Nazzjonalista, Jason Azzopardi qal li d-deċiżjoni tal-Kummissarju tal-Protezzjoni tad-Data tikkonferma kemm Peter Paul Zammit huwa bniedem li ma tistax tafdah fl-ebda kariga pubblika.
Azzopardi spjega kif Peter Paul Zammit, fis-sena li għamel Kummissarju tal-Pulizija, ħa deċiżjonijiet kontroversjali, perikolużi u li jikkonfermaw kemm m’huwiex persuna li tista’ tafdah.
Huwa saħaq li jekk Muscat ma jneħħix lil Zammit immedjatament ikun qed jikkonferma li hu qed japprova dan l-aġir li jikser l-privatezza.
Preżenti kien hemm ukoll Roselyn Borg fejn qalet li b’dak żvelat, issa teżisti konferma kemm il-poplu Malti u Għawdxi ma jistax iserraħ moħħu taħt il-Gvern.