Muscat għandu jitlaq issa – Balzan

Read in English.

L-Editur Maniġerjali tal-MaltaToday Saviour Balzan qal li dak li qed jiġri f’Malta bħalissa hija storja traġika u tal-waħx. Saħaq li t-tort huwa ta’ persuna waħda u għaldaqstant għandu jitlaq issa. Huwa kien qed jirreferi għall-Prim Ministru Joseph Muscat. Dan fid-dawl tal-aħħar żviluppi fl-investigazzjoni dwar l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Fuq Twitter, Saviour Balzan stqarr li l-klima kurrenti tmur lil hemm mir-rabja, u dan meta l-maġġoranza għadha ma tkellmitx.

Caruana Galizia u Balzan qatt ma raw għajn m’għajn u kienu kritiċi ta’ xulxin għal żmien twil.

Din it-Tweet ta’ Balzan issegwi l-editorjal li nkiteb minn tliet edituri tal-MaltaToday – Matthew Vella, James Debono u Kurt Sansone. Dawn qalu li Malta tinsab taħt sħaba sewda u li r-rabja tal-poplu tista’ tittaffa bit-tneħħija ta’ Joseph Muscat.

Irrabjata u ttraduta – Miriam Dalli

Dalgħodu, l-Ewroparlamentari Laburista Miriam Dalli rrikorriet għall-Facebook biex tgħaddi r-rimarki tagħha dwar l-iżviluppi fis-sitwazzjoni politika tal-pajjiż. Saħqet li tħossha rrabjata u ttraduta.