Muscat għal Dubaj illum wara l-Vatikan u Betlehem

Aġġornat 03:05 PM
Customs

Read in English.

Il-PM Joseph Muscat mistenni jitlaq lejn Dubaj illum waranosfinhar. Skont l-OPM Muscat sejjer btala.

Is-sit Lovin Malta kien dak li żvela l-ewwel li Muscat diġà jinsab fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta lest għat-titjira.

Kelliema għall-OPM qalet lil Newsbook.com.mt li Muscat se jkun qed isiefer lejn Dubaj għal btala personali. Dan wara li ma riditx tikkonferma jew tiċħad l-aħbar u insistiet biex il-mistoqsijiet jintbgħatu b’imejl. Meta ġiet mistoqsija kemm se jkun qed idum Muscat, il-kelliema qalet li ma riditix tikkummenta u qalet li f’seba’ snin qatt ma tħabbru dettalji dwar btajjel privati tal-PM.

Fuq Twitter, l-MEP tal-PN David Casa qal li t-titjira ta’ Muscat EK110 titlaq fis-2.55 illum. Qal li l-mistoqsijiet kollha tal-ġurnalisti dwar din iż-żjara mhux qed jiġu mwieġba mill-Uffiċċju ta’ Muscat.

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne għandu jkun l-Aġent PM sakemm ikun imsiefer Muscat.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qatta’ lejlet il-Milied f’Bethlehem. Dan tħabbar fi stqarrija mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru wara li ż-żjara ta’ Muscat ġiet żvelata mill-midja.

Fis-7 ta’ Diċembru Muscat, il-mara tiegħu u membri oħra tal-familja kellhom udjenza privata mal-Papa.