Muscat fuq id-difensiva – Giegold

Read in English.

Il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Ħodor Sven Giegold saħaq li kien iffaċċjat minn Prim Ministru  differenti minn dak li jiltaqa’ miegħu qabel l-bieraħ meta d-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew kellhom laqgħa f’Kastilja.

Giegold qal li “d-deċiżjoni ta’ Muscat li jibqa’ Prim Ministru għal erba’ ġimgħat oħra tpoġġi lil Malta f’diffikultà u lill-Ewropa f’diffikultà għal min irid jieħodlu b’idejh waqt il-kunsill Ewropew. Din se tnaffar ir-reputazzjoni tal-Kunsill Ewropew,” qal Giegold.

Hu saħaq li l-fejqan tad-diviżjoni fil-pajjiż ma tistax tibda ssir jekk jibqa’ is-suspett li l-Prim Minister qed juża’ l-ħin tiegħu biex ixejjen l-evidenza fil-każijiet ta’ korruzzjoni.