​MUSC Sports Fest

Intemmet b’suċċess l-inizjattiva tal-Malta University Sports Club (MUSC) imsejjħa MUSC Sports Fest.
L-għan li ntlaqa’ ferm tajjeb mill-istudenti kien li l-MUSC jippromwovi l-isport fost l-istudenti universitarji fuq il-kampus tal-Università.
Din l-attività kienet imqassma fuq jumejn bejn ilbieraħ u llum b’numru sabiħ ta’ studenti li ħadu sehem.
Newsbook.com.mt ħa l-kummenti tal-membri tal-MUSC, li kienu ferm sodisfatti, fejn qalulna li l-isport huwa parti integrali fil-ħajja tal-istudenti u mhux żieda mal-attivitajiet akkademiċi.
Fost l-oħrajn l-MUSC Sports Fest kienet tikkonsisti b’taħdita dwar in-nutrizzjoni, rugby femminili, bouncing castle, gladiator wrestling, archery, football juggling, basketball, weight lifting u large size chess.
L-MUSC jinvolvi ruħu wkoll f’kompetizzjonijiet sportivi universitarji fuq skala internazzjonali.