Murry jirbaħ kontra Sandgren fiċ-Championships ta’ Zhuhai

Andy Murray qal li r-rebħa kontra Tennys Sandgren waqt iż-Zhuhai Championships fiċ-Ċina kienet waħda mill-aħjar. Hu rebaħ l-ewwel singles fil-livell ta’ Tour bl-iskor ta’ 6-3 6-7 (6-8) 6-1. L-aħħar li rebaħ logħba fl-istess livell kien f’Jannar.

Għalkemm bagħta xi ftit biex rebaħ il-logħob deher li kien aktar b’saħħtu minn Sandgren. Ir-raba’ logħba mis-set finali ħadet madwar 19-il minuta. B’hekk deher biċ-ċar li Murray kellu jaħdem u jissielet aktar mis-soltu biex jirbaħ set.

Iżda l-moviment tiegħu, is-serve u l-mod ta’ kif iddefenda wera biċ-ċar li qiegħed fit-triq it-tajba.