Murray u martu qed jistennew it-tielet tarbija

Andy Murray ikkonferma li martu Kim qed tistenna t-tielet tarbija tal-koppja. L-eks numru wieħed tad-dinja se jkun qed jieħu pawża mill-karriera mill-ġimgħa d-dieħla biex ikun preżenti għal mument ta’ twelid tat-tarbija.

F’Lulju li għadda, Kim li għandha 31 sena dehret liebsa flokk xi ftit wiesa’ u ttikjat meta marret tagħti s-sapport lir-raġel tagħha waqt il-kompetizzjoni ta’ Wimbledon. Il-koppja diġà għandha żewġt itfal oħra – Sophia li għandha tliet snin u Edie li se tagħlaq sentejn ix-xahar id-dieħel.

Murray qal li lest li jitlef il-kompetizzjon ta’ Antwerp jekk it-tarbija tasal kmieni l-ġimgħa d-dieħla.

F’Jannar li ġej mistenni jikkompeti fl-Australia Open – 12-il xahar wara li ħaseb li l-karriera tiegħu tat-tennis kienet se tieqaf hemm.