Murray u Djokovic fil-finali tal-Australia Open tat-tenis

Is-Serb Novak Djokovic se jkun il-finalist avversarju tal-Iskoċċiż Andy Murray, wara li għeleb lill-Iżvizzeru Stanislas Wawrinka.
Murray sab postu fil-finali wara li għeleb liċ-Ċek Tomas Berdych fis-semi finali f’Melbourne, fl-Awstralja.
Murray kien tmien darbiet finalista ta’ Grand Slam, u l-finali ta’ din is-sena se tkun ir-raba’ waħda tiegħu fl-Awstralja.
Fl-2010 Murray kien ġie megħlub minn Roger Federer u kemm fl-2010 u kif ukoll fl-2013, ġie megħlub mill-istess Djokovic.