Murray se jitlef il-kompetizzjonijiet tal-bidu tal-2020

L-Ingliż Andy Murray ħareġ mill-kompetizzjoni li se ssir ix-xahar id-dieħel minħabba li weġġa’ l-pelviku. Ix-xahar id-dieħel se tittella’ l-Australian Open.

Ir-rebbieħ tal-Grand Slam għal tliet darbiet, kien qed jimmira li jilgħab mill-ġdid fil-Grand Slam minu kien lagħab f’Melbourne 12-il xahar ilu. Dakinhar kien ħabbar li l-karriera tiegħu jaf kellha tintemm hemm minħabba li kien weġġa’.

Murray mhux se jkun qed jirrappreżenta l-Ingilterra fl-ATP Cup li se ssir ix-xahar id-dieħel ukoll. Hu ilu ma jkun fl-azzjoni mix-xahar li għadda minħabba l-istess kwistjoni ta’ uġigħ fil-pelvi. Flimkien mat-tim tiegħu, Murray iddeċieda li m’għandux jgħaġġel il-proċess biex ifieq u b’hekk mhux se jkun qed jibda s-sena l-ġdida bil-kompetizzjonijiet.