Murray jirbaħ l-ewwel titlu mindu għamel l-operazzjoni

Andy Murray infaqa’ jibki wara li rnexxielu jirbaħ il-European Open wara disa’ xhur mindu kellu jagħmel operazzjoni li setgħet temmitlu l-karriera.

Murray irnexxielu jirkupra wara li Stan Wawrinka kien qed jirbaħ. Murray rebaħ bl-iskor finali ta’ 3-6, 6-4, 6-4 fil-finali ġewwa Antwerp. Dan kien is-46 titlu tal-ATP singles li rebaħ, iżda żgur li kien wieħed mill-aktar prestiġġjużi.

Dan kien l-ewwel titlu li Murray rebaħ personalment mindu rebaħ id-Dubai Open f’Marzu tal-2017.