Murray jiċċelebra t-tielet wild, din id-darba tifel!

Andy Murray qed jiċċelebra wara li martu welldet l-ewwel tifel tal-koppja. L-eroj tat-tennis u martu Kim li t-tnejn għandhom 32 sena laqgħu lit-tielet tarbija.

Il-koppja li diġà għandhom żewġt ibniet Sophia u Edie, taw l-aħbar lill-qrabathom l-ewwel. It-tarbija, li l-isem għadu jrid jintagħżel, jidher li twieldet fi sptar f’Londra qrib id-dar tal-familja.

In-nannu ta’ Murray li għandu 88 sena qal li diġà irċieva xi ritratti tat-tarbija ma’ ħutu l-kbar.

Ftit tal-jiem ilu, meta kien intervistat minn The Sun, Murray spjega kif se jagħmel li jista’ biex jgħin lil martu fit-trobbija tat-tfal li huma kollha taħt it-tliet snin. Hu qal li mill-banda l-oħra jaf li l-karriera tat-tennis mhix dejjiema u b’hekk se jipprova jsib bilanċ bejn it-tnejn.