Murray jibqa’ jissielet biex tasallu l-ewwel rebħa fis-singles

Andy Murray għadu qed jissielet biex jirbaħ l-ewwel logħba tiegħu mindu għamel l-operazzjoni f’ġenbu. Fl-ewwel rawnd ta’ Winston-Salem Open tilef kontra Tennys Sandgren bl-iskor ta’ 7-6 7-5.

L-eks numru wieħed tad-dinja lagħab b’konvinzjoni u ħeffa fl-ewwel sett, iżda tilfu minn tie-break ta’ 10-8. Waqt intervista ma’ BBC Sport, Murray qal li personalment iħoss li mar aħjar mill-ġimgħa l-oħra speċjalment fil-mod ta’ kif jolqot il-ballun. Hu qal li fiżikament ħassu tajjeb tul il-logħba iżda nnota li saqajh kienu xi ftit tqal lejn l-aħħar tal-logħob.