“Mur għidli li wara l-pizza u l-minestra kelli nwelled lilek”

Ritratt: Facebook/Tamara Webb

Il-mudella u influencer Tamara Webb illum qed tiċċelebra għeluq id-29 sena sena tagħha. Twieldet fl-1991. Ommha Ingrid kienet minn ta’ quddiem biex tawguralha u qasmet l-esperjenza tagħha ta’ meta twieldet Tamara.

Tamara kienet twieldet kmieni kmieni fin-12.30am. Sa ftit qabel Ingrid keinet qed tirilassa fis-sodda tagħha fl-isptar u kienet qed tiekol pizza u minestra. Fil-11.30pm bdew ġejjin l-ewwel sinjali li ċ-ċkejkna kienet lesta biex tiġi f’din id-dinja.

Ritratt: Facebook/IngridWebb

“Ma batejt xejn biex wellidtek,” kompliet tikteb Ingrid waqt li saħqet kemm hi kburija bit-tifla tagħha u ħeġġitha biex tkompli tagħmel dak li hija tħobb tagħmel, li tgħin lil ħaddieħor.

Tamara Webb meta kienet tifla. Ritratt: Facebook/IngridWebb

Awguri Tamara!