Munzell karti jaqbad f’garaxx fis-Swatar

Il-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili tfew in-nar li qabad f’garaxx fis-Swatar. Sorsi minn fuq il-post qalu li n-nar qabad minn munzell karti li kien hemm f’xaft fl-istess garaxx. Il-garaxx jinsab fi Triq Ġianni Vella fis-Swatar.

Il-Pulizija kienu fuq il-post tal-inċident, b’kelliem għall-Pulizija kkonferma li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30pm.

Jidher li ħadd ma weġġa f’dan l-inċident.